Lupu Lupettu jaħseb li hu xi ħaġa




L-ewwel prova kienet li jerfgħu zokk kbir. Prova numru 2 kienet li jduru ħames darbiet mal-foresta. It-tielet prova kienet kienet li jisirqu l-bajd mingħajr ma tinduna t-tiġieġa. Il-provi kollha rebaħhom Lupu Lupettu.


L-aħħar prova kienet biex jaraw min hu l-aktar kattiv. L-ilpup l-oħra ma ħadux gost u telqu 'l hemm. Ħadd minnhom ma ried jkun kattiv. U għalhekk il-Kokka tatu it-trofew.


Lupu Lupettu kien ferħan ser itir. Beda jaqbeż u jitfa' l-bews. Iżda ma bediex jinduna li qiegħed jidħol fil-foresta. Beda jidlam u Lupu Lupettu beda jibża'. F'daqqa waħda sema' ħoss u waqa' għal wiċċu.


Għalkemm pprova jagħmel il-kuraġġ lilu nnifsu, Lupettu waqa' ġo ħofra fonda. F'daqqa waħda ġiet il-Kokka.


Filgħodu sħabu l-ilpup ġew jsalvawh. Minkejja li Lupu Lupettu kien kattiv, traditur u makkak, huma xorta kienu jħobbuh.

Dan il-ktie ġie miktub minn Eleonor Thuillier u ġie addattat għall-Malti minn Claire Azzopardi.

Darba waħda Lupu Lupettu daħal għal konkos tal-Iktar Lupu Kattiv.

Il-Kokka Professoressa kellha tiġġudika l-provi.

Lupu Lupettu

jaħseb li hu xi ħaġa