Vjaġġ fuq tal-linja

Il-Ħadd li għadda jien, ommi u ħuti, Emma u Danielle, morna fuq tal-linja. Kien nofsinhar u l-mama` qaltilna li sejrin l-Imdina. Jien kont eċitata minħabba li kien ilu ħafna li morna fuq tal-linja.


Sibna post fuq wara. Ma kienx hemm ħafna nies. Jien qgħadt nilgħab il-logħob fuq il-mowbajl. Wara ftit qgħadt inħares madwari. Kien hemm ftit xjuħ, mara ħoxna b'tarbija, raġel b'borża pastizzi , ftit irġiel u mara tisma` l-mużika. Ħadd ma ddejjaq bil-mużika. Ix-xjuħ bdew jitkellmu u r-raġel bil-borża tal-pastizzi beda jiekol. Rajt raġel iħares lejn il-basket tal-mara li bdiet tisma` l-mużika. Ma ħsibt xejn ħażin fuqu.


Meta tal-linja waqfet ir-raġel qabad il-basket u mar jiġri 'l barra. Ħadd ma nduna allura għidt lill-mama`, lil Emma u lil Danielle. Il-mama` qaltilna biex immorru niġru warajh. Hekk għamilna. Ħriġna sparati 'l barra. Wara ftit konna ħdejn ir-raġel. Jien qbadt ġebla u waddabtha. Ir-raġel waqa` mal-art b'sabta kbira. Danielle ħadet il-basket u jien ċempilt lill-mama`. Morna għand il-pulizija. Il-mama` kienet hemm tistenna bi tbissima fuq wiċċha. Qalet li l-pulizija kien jafha lil dik il-mara u li kien ċemplilha. Stennejna ftit u wara ġiet il-mara. Hi kienet se ttir bil-ferħ. Tatna ftit ħelu u qalet grazzi lill-mama`. Meta ħadet il-basket u telqet aħna morna lura fuq tal-linja.


Wasalna tard imma ma tajtx kas jien. Kont ferħana li ndunajt b'dak li kien se jagħmel ir-raġel.