Il-persuna favorita tiegħi

Il-persuna favorita tiegħi huwa hija Jerome għax għandu kariżma ,dħuli u simpatiku. Jerome għandu tlettax-il sena. Huwa twil u rqiq,għandu xagħru qastni ,lixx u għajnejh kannella. Jerome huwa tifel vanituż għax dejjem jirranġa xagħru fil-mera u jiċċekja li qed jikbru l-muskoli!


Jerome huwa ambizzjuż ħafna fl-iskola u fl-isport. Huwa jilgħab il-ħoki. Jagħmel ħafna eżerċizzju d-dar u jkun ħerqan ħafna għal xi logħba. Fil-ħoki huwa ukoll kowċ u jiena nieħu gost meta nkun fil-grawnd miegħu għax jinkoraġġina u jgħallimna logħob ġdid.


Huwa jistinka ħafna l-iskola u s-sena l-oħra rebaħ premju għax qara l-iktar kotba mit-tfal tas-sena tiegħu. Jerome huwa popolari ma` sħabu u kien elett President fil-Kunsill ta' l-iskola. Hija jħobb ħafna x-xjenza u sikwiet nagħmlu xi esperiment xjentifiku fil-kċina tal-mama'. Jerome jiġbed lin-nies lejh għax għandu karattru simpatiku u jaf jirrakonta stejjer interessanti u sbieħ ħafna.


Jiena nħobb ħafna lil Jerome għax huwa t-teżor uniku tiegħi u dejjem lest biex jgħini.