28,' Dar Il-bebbux,'
Triq L-Iskola,
Birżebbuġa
18 ta' Novermbru, 2020
Għażiż Jamie,
Kif int? Nispera li tinsab tajjeb .Issa ilna daqsxejn ma niltaqgħu.
Kif inhuma l-ġeniuri tiegħek? Aħna lkoll ninsabu tajbin grazzi. Tiftakar kemm ħadna gost is-sajf li għadda, kemm għomejna u lagħbna.
Illum qed niktiblek din l-ittra biex nistiednek għall-festin virtwali tal- Milied. Il-festin se jsir nhar il-Ġimgħa 16 ta' Diċembru, 2020 għall-ħabta tat-tmienja ta' filgħaxija fuq MS TEAMS. Se nagħmlu l-festin virtwali minħabba l-covid 19 u għax ma nistgħux inkunu ħafna nies. Fil-festin tista' tilbes kostum tal-Milied. Għall-ikel se jiġi Mc Donalds u se jagħtik l-ikel biex tiekol id-dar. Peress li se niċċelebraw il-Milied, poġġi bit-tablet jew laptop ħdejn is -siġra tal-Milied.Fil-Festin se nieħdu gost għax se nieklu, nixorbu, nilagħbu, niżfnu u nidħqu.
Issa ser ikollik nħallik għax irrid immur għand in-nanna.Jekk jogħġbok għidli tistax tkun preżenti fil- festin virtwali minħabba l-ikel.
Dejjem tiegħek,
kayden