Kienet l-ewwel ġurnata tal-vaganzi tal-Għid. Smajt ħoss ġej mill-ġnien u nżilt niċċekja. Kif inħsadt x’ħin
rajt iż-żunżana ddur miegħi. Kienet lesta biex toqrosni u bżajt u għajjat għajta bil-biżgħa.
Sadanittant fil-ġnien ħamest itfal, il-kuġini tiegħi, li kienu qegħdin jieklu l-ħobż u jixorbu nħasdu. Bdew jibżgħu u waqqgħu x-xorb li kienu qegħdin jixorbu. Iż-żunżana ġiethom ġol-ħobż li kienu qed jieklu u bdew jgħajtu.
Umbagħad kien hemm il-kelba tiegħi, li jisimha Tezy, u rat ħafna dubbien u bdiet tiġri warajhom u tikolhom. Jien għidtilha, "Jaqq!". Wara bdejt niekol il-frott u tajtha biċċa tuffieħa u biċċa banana għax fejn tara l-ikel toqmos u taqbeż biex nagħtiha naqra minn dak li nkun qed niekol.
Fl-aħħar jien mort nilgħab mal-kuġini u x'ħin rajt id-dubbien qbiżt għal mal-art għax ħsibtha żunżana!
Fil-Ġnien