Dakinhar li tfaċċa mostru quddiem il-bieb ta' barra . . . . .

Jien kont ħadt qatgħa tal-anġli !


Mela kienu l-ħabta ta'nofsillejl u jien qomt nixrob tazza ilma. Jien u tiela' l-ewwel tarġa nisma' BUM ! BUM ! Jien bdejt nippanikkja. Wiċċi sar abjad karti bil-qatgħa !! Jien bdejt ngħid bejni u bejn ruħi tgħid niftħu l-bieb ? Fl-aħħar iddeċidejt li nittawwal mit-tieqa u nara mostru !!!! Mostru minn dawk il-kbar u għedt qed nagħrfu !! Dak Charlie !!!



Dak kien wieħed mill-ġirien tagħna. Miskin! Dak il-mara u t- tifel tiegħu kienu marru d-dinja l-oħra. Ftaħt il-bieb inkiss inkiss ħeq biex ma nqajjimx lill-ġenituri. Meta daħħaltu ġewwa għedtlu '' X'ġara Charlie ? '' Qalli li ried ikellimni xi ftit qalli ''Taf xi ġrali ?! '' ''xiex !!?'' bl-iskantament. Qalli ''Qed tagħrafni żgur hux ?!'' '' Iva!'' Jien nidher hekk għax sentejn ilu meta ġara li ġara kelli maħżen u kont nużah biex nagħmel xi esperiment. Jien kont għamilt likwidu biex iraqqaqni u ġejt mostru u biex tgħaxxaqha ġejt eħxen!!! Hu kien aħmar u vjola u vera ġie daqsxejn eħxen povru Charlie !!



Wara siegħa qalli ''se nitlaq ta !'' Għedtlu ''Ċaw !'' Jien kont mort norqod bil-biża' ta' kif jidher Charlie u nitħassru fl-istess ħin. Wara ftit irnexxieli nidħol f' ħolma fonda.