Viva l-Milied Sabiħ!
Il-Milied hi festa ċċelebrata mad-dinja kollha. L-Insara jiċċelebraw il-Milied fil-25 ta' Diċembru. Aħna niċċelebrawha għax twieled Ġesu'.
It-Tradizzjonijiet Insara
Aħna l-Insara għandna ħafna tradizzjonijiet, fosthom hemm l-Avvent li hu preparazjoni għall-Milied li jibda erbat Iħdud qabel il-Milied. Iktar qrib il-milied insibu in-Novena li tibda disat ijiem qabel il-Milied. Aħna nippreparawaktar bis-serjeta'. Fid-djar tagħna nagħmlu l-presepju. Il-lejl ta' qabel il-Milied ikun hemm il-purċisjoni bil-Bambinu warajha nisimgħu l-quddiesa ta' nofsillejl. Waqt il-quddiesa naraw u nisimgħu l-ptritka tal-Milied.
Simboli u Dekorazzjonijiet
Aħna nżejnu b'ħafna affarijiet differenti, pereżempju is-siġra tal-Milied u l-bastun taz-zokkor li jirrappreżenta l-bastun tar-rgħajja. Nagħmlu l-ponsjetti madwar id-dar u nibagħtu l-kartolini. Filgħodu t-tfal isibu r-rigali li jkun ġabilhom Santa Klaws.
Ikel u Ħelu Tradizzjonali
L-ikel tradizzjonali hu d-dundjan li nikluħ waqt l-ikla tal-Milied. Il-ħelu tradizzjonali hu l-qagħaq tal-għasel Ġibna tradizzjonijiet tal-ħelu minn pajjiżi oħra bħalk` Christmas Log` il-`coconut bolls`u l-`mince pies. Il-pudina u l-kejk tal-Milied huma ħelu tradizzjonali wkoll ta' din il-festa.
Wieħed jista' jistaqsi "X'għandhom importanti dawn it-tradizzjonijiet?" Huma jġibu l-ferħ u jdaħħluna fl-ispirtu tal- Milied.
Milied Qaddis