Jien Triq ir-Repubblika
Jien Triq ir-Repubblika, l-iktar triq importanti fil-Belt Valletta. Pero' jien mhux dejjem kien jisimni Triq ir-Repubblika. Fi żmien il-kavallieri kien jisimni strada San Giorgo, wara Strada Reale u fl-aħħar kien jisimni " kingsway ". Jien xorta nippreferi l-isem attwali għax huwa isem bil-Malti. Jien it-triq prinċipali tal-Belt u nwassal minn Bieb il-Belt sa San't Iermu.
Fit-triq tiegħi hemm ħafna bini importanti bħall-Parlament li fl-aħħar snin biddel postu u issa jinstab fid-dħul tal-Belt, ħafna mużewijiet, ħwienet ta' kull tip u l-Qorti.
Jiena jħossni onorata bħala triq li nospita l-Parlament għax hemm jittieħdu deċiżżjonijiet għall-pajjiż. Kuljum filgħodu kmieni nkun kwieta imma mat-tmienja t-triq tibda tieħu l-ħajja biex mal-ħin tkun maħnuqa bin-nies.
Din it-triq dejjem tkun frekwentata kemm mill-Maltin li jżuru lil-Belt għal xi qadja jew inkella biex jaħdmu hemm imma wkoll it-turisti li jżuru l-Kapitali. Kemm niddandan meta n-nies jpħduli ir-ritratti.
L-unika ħaġa negattiva hi li jkun hemm nies li jħammguni. Imma fl-istess ħin jiena kburija li minni jgħaddu ħafna nies u tfal speċjalment fil-fejta favorita tiehħi l-karnival. Jien nixtieq li jkolli ħajja sabiħa bħal ma hija issa, u nibqa' magħrufa maż-żminijiet.