Serqa fit-triq tiegħi
Darba waħda kien hemm żewġ ħallelin li marru jisirqu fid-dar ta' ħdejna. Kien hemm anzjana li rathom deħlin u din ċemplet mall-ewwel lill-pulizija. Il-ħallelin daħlu ġol-kamra tas-sodda u bdew iqalbu kollox. Wara xi ħames minuti sabu kaxxa kbira ħamra tal-bellus. Damu ftit jaħsbu kif tinfetaħ. Kif irnexxilhom sabu li l-kaxxa kienet mimlija ċikkulata. Il-ħallelin pruvaw jaħarbu imma kif niżlu isfel u ħarġu barra, sabu ma' wiċċhom karrozza tal-pulizija. Il-ħallelin ġew arrestati mal-ewwel. Il-pulizija taw il-kaxxa lill-anzjana u din ċemplet mill-ewwel lil Marija biex tgħidilha kollox.