Is super eroj
Hawn ħafna supereroj differenti u kollha kemm huma għandhom il-poteri. Jużaw dawn il-poteri biex jgħinu u għalhekk jissejħu supereroj. Jien l-iktar supereroj li togħġobni hija Wonder Woman.
Wonder Woman hija persuna sabiħa kemm minn barra u minn ġewwa. Hija għandha xagħarha iswed , twila u tagħmel il-poteri. Il-kostum tagħha huwa blu u aħmar. Għandha ukoll xi kulur id-deheb madwar il-kostum. Meta kienet tifla żgħira , kienet marida iżda wara xi sentejn għaddillha bla ma ħadet kura u skopriet li kellha l-poteri. L-iktar li nammira huwa l-karattru tagħha għax hija tħobb tgħin lin-nies , issalvaha d-dinja u anke l-ambjent. Ghandha ukoll il-poteri li twaqqaf il-ħin
Meta nikber nixtieq li jien ukoll insir supereroj bħal Wonder Woman. Dan għaliex jien inħobb ngħin in-nies u anke l-ambjent. Għalija Wonder Woman hija perfetta u ma jdejjaqni xejn fiha.
Il-Gimgħa 8 ta Marzu