Dakinhar li mort is-suq man-nanniet
Fil-vaganzi tas-sajf li għadda jien u n-nanniet morna s-suq taż-Żejtun. Ma kinitx sħana allura morna bil-mixi. Jien qatt ma kont mort is-suq.
Ma kienx hemm ħafna nies minħabba li konna qomna kmieni. Rajt ħafna bejjiegħa armati. Minnhom kellhom il-ħwejjeġ, minnhom affarijiet imħaltin u minnhom jbiegħu affarijiet antiki. Xammejt riħa taqsam tal-imqaret. Kien hemm xi nisa jgergru fuq il-prezz u ftit tfal bdew jibku għax il-ġenituri ma xtrawlhomx il-ġugarelli.
In-nanna mill-ewwel marret tara l-ħwejjeġ. Jien staqsejt lin-nannu biex
jixtrili l-imqaret. Wara li xtrajna l-imqaret, in-nannu ħadni x'imkien ieħor. Il-bejjiegħ beda jbiegħ affarijiet antiki. Rajt statwa ta' fenek żgħira u n-nannu ra' kappell imma ma għoġbux. Huma xtara xejn. In-nanna xtrat libsa safra tleqq, basket jaqbel u kappell abjad bil-fjuri roża.
Meta lestejna jien ħassejtni għajjiena għax qomt kmieni. Ħassejtni ferħana wkoll għax qattajt ftit ħin man-nanniet. Kont nixtieq nerġa' mmur għax kien hemm ħafna affarijiet sbieħ.