SUPERMODERN ROBOT

M'ilux morna fiera tat-teknoloġija ġewwa Ta' Qali ma' tal-iskola.Kien hemm affarijiet interessanti ħafna li qatt ma rajt bħalhom. Għogobni l-iktar robot li kien jidher supermodern ħafna. Lanqas ridt nemmen li jeżisti.

Dan ir-robot huwa apposta għat-tfal. Kemm ħadt pjacir nisma' x'jista' jagħmel! Lit-tfal jgħinhom jagħmlu x-xogħol tad-dar u jistudjaw, jilgħab magħhom u jaqralhom l-istejjer. Lili jista' jwassalni l-mużew, iż-żfin, il-kids club u jerġa' jwassalni lura d-dar.


Ir-Robot Supermodern huwa ntelliġenti ħafna, jitkellem b'ħafna lingwi u bravu f'kull suġġett. Jaf idoqq u jkanta. Meta mort id-dar u għidt lil ommi għoġobha wkoll, l-iktar ghax jaf inaddaf u jaħsel.

Jiena bdejt nirsisti ftit iktar l-iskola u nobdi d-dar għaliex ommi qaltli li jekk immur tajjeb fl-eżamijiet jixtruli wieħed f'għeluq snini.

Is-Robot Supermodern tiegħi Blu - Amol