AĊĊIDENT IL-BANDLI



Kien il-Ħadd filgħodu, u t-tfal marru jiġru lejn il-bandli. Hawn bdew jiżżerżqu wara xulxin. Huma bdew jieħdu pjaċir ħafna jilagħbu. F' daqqa waħda raw tifel żgħir jibki għax kien intilef. Dan kien jismu Joe u kien ħareġ m' oħtu Nina. It-tfal marru jgħinuh isib lil oħtu Nina. Faċċata rawha ġejja. Hi kellha qattusa sewda faħma f'idejha. Fl-aħħar kulħadd kien ferħan għax Joe sab lil oħtu.