🚌🍀Vjaġġ fuq il-linja 🍀🚌
Jien Leona u l-aħħar ġimgħa mort sa Belt Valetta mal-mama' u kont bilqiegħda quddiem nett. Morna għax kelli bżonn libsa u żarbun għall-iskola għax tawna permess biex nilbsu li rridu! Dħalna ġol-karrozza tal-linja u l-mama' ħalset lix-xufier.
Morna bilqieħda, kien hemm ħafna nies libsin pulit, kien hemm ukoll il-ħabiba tiegħi! Kulħadd kien fuq il mowbajl u kien hemm ħafna kwiet. Kien hemm riħa ta' pastizzi għax xi ħadd beda jiekol il-pastizzi.
F'waħda mill-waqfiet tela' raġel li ma kienx jara b'kelb kbir u iswed, wara tegħet mara tqila u tela' raġel b'tifel ġos-siġġu tar-roti. Jien kont qed nilgħab logħba ma' ommi li jimha ''karta, ġebla jew imqass!''
Waqt li kont inkellem lill-ħabiba tiegħi niżlu kważi n-nies kollha! Taf kemm bdejna nidħqu jien u Julia! Ħadt ħafna pjaċir magħha imma huma waslu u kellhom imorru.
Wara ftit wasalna il-Belt! Wara nżilna il-linja. Kemm ħadt pjaċir, nixtieq li nerġa' mmur fuq il karrozza tal-linja.