Il-persuna favorita tiegħi.

Il-persuna favorita tiegħi hu missieri li jismu Silvio. Għandu wieħed u erbgħin sena. Hu jidher ismar, twil, għandu l-leħja u għajnejh kannella. Missieri fartas u għandu tbissima ħelwa li jiġi qisu ċiniż. Għandu ħafna tattoos sbieħ.


Huwa ferriehi, qalbieni, simpatku, ħelu, onest u iħobb ħafna. Jaħdem l-isptar bħala maintanance iġifieri jieħu ħsieb li jsewwi ħafna affarjiet. Il-passatempi tiegħu huma li jsajjar u jara l-films filfatt għandu xi mitt film. Missieri jibza' ħafna mill-ġurati.


Inħobbu ħafna għax ifissidni, jilgħab miegħi, jsajjar tajjeb u jgħinni f'kollox. Idejjaqni meta jgħajjat miegħi u ninfaqa' nibki. La nikber nixtieq inkun bħalu għax għandu qalbu tajba u hu l-iktar persuna speċjali għalija.