Vjaġġ fuq tal-linja

Xahar ilu, jien kont mort fuq tal-linja mal-ħabib tiegħi Pawlu. Kif wassalna poġġejna ħdejn it-tieqa biex nara fejn konna. Waqt li konna fuq tal-linja għadna nilgħabu Uno jew nitkelmu fuq xulxin.


Wara għaxar minuti telgħu ħafna nies u bilkemm stajna noqogħdu kollha. Aħna mbagħad iltqajna ma' ħabib antik u wara wara ftit ċajtiet kien wasal id-dar u allurra telaq. Aħna bdejna nxommu riħa t'ikel li qabbadna l-ġuħ, fortunatament kelna ftira tajba.



Wara li kilna, tal-linja waqaf biex in-nies setgħu jitilgħu u rajna ħafna nies li rasna beda jistordi. F'ċertu ħin rajt raġel xiħ b'kelb tas-servizz u bqajt skantat u saqsejtu kif kellu dak it-tip ta'kelb. Huwa qal li hu kien il-kap tal-puluzija u li kien jużah biex jars li kollox kien tajjeb u kalm. Għal darba oħra tal-linja waqaf imma għax bdiet tibki tarbija. Ħafna min-nies telqu imma aħna bqajna f'tal-linja bil-"headphones" ma' widnejna.


Konna kważi wasalna meta jien saqsejt dak li beda jsuq jekk stajna nieqfu għal ħames minuti biex immur nġib xi pakkett krips pero' qalli li ma stajniex inwaqfu minħabba n-nies.


Għalija ħadd veru gost fuq tal-linja u nixtieq li nerġa' niġi darb oħra.