Kitba ta' Ittra


13, Il-Warda,

Triq il-Ħarruba,

Żejtun ŻTN 1234.

19 ta' April 2024


Għażiża zija Ġuża,


Kif inti? Kif inhuma iz-ziju Robert u l-kuġini Kaine u Michelle? Nispera li jinsabu tajbin. Il-familja tiegħi u jien kollha ninsabu qawwijin u sħaħ.


Zi, għandi sorpriza għalik imma mhux ħa ngħidlek x'inhi għalissa ħa nħallik fuq ix-xwiek. Ilbieraħ kelli tournament kbir u sabiħ fejn jiena lgħabt kontra bosta timijiet. Allavolja lgħabna b'saħħitna u b'tatika tajba, tlifna kontra t-tim ta' San Gwann, fis-semifinals, wieħed b'xejn.

Zija Ġuża, is-sorpriża hi li se nigu għandek l-Awstralja s-sajf li ġej! Se naslu fil-15 ta' Lulju fl-għaxra ta' filgħodu. Se ndumu xahar hemm. Se nkunu jiena, ommi, missieri u ħija. Inti kuntenta li fl-aħħar se niġu narawk zi?