Riċetta tal-kejk
- Ingredjenti:
- Tazza tal-yoghurt tal-vanilla.
- 3 Tazzi dqiq.
- Tazza zokkor.
- Tazza żejt.
- 3 bajdiet
Metodu:
Għarbel id-dqiq fil-bieqja tal-mixer. Itfa' z-zokkor maż-żejt u ħawwad għal ftit minuti. Ħabbat il-bajd u ibda żidhom ftit ftit mat-taħlita. Kompli ħawwad sakemm l-ingredjenti jitħalltu sew flimkien. Żid il-yoghurt u erġa' ħawwad sew. Idlek id-dixx li ħa tuża b'naqra margerine u ferrex it-taħlita fih. Aħmi għal xi siegħa u għoxrin minuta f'temperatura ta 180C.