Spettaklu ta' talenti

Nhar l-Erbgħa li għadda, ġot-teatru Manoel, sar spettaklu ta' talenti. Kien beda fil-ħdax u nofs u dam xi sagħtejn. Kien hemm xi mittejn nies hemm u kulħadd kien eċitat.


Żgħażagħ biss setgħu jipparteċipaw. Kien hemm ħdax -il parteċipant. It-talenti kienu żfin, kant u maġija. Il-parteċipanti kienu wara l-palk. Min kien qed jilbes, min jagħmel il-makeup u min jipprattika.


Kien hemm żewġ parteċipanti ta' barra minn hawn. Waħda kienet kantanta u hi kitbet diska sabiħa ħafna. Hi kienet liebsa libsa ħamra. Kien hemm ukoll magician. It-talenti tiegħu kienu sbieħ immens. Hu għamel lil xi ħadd li ġie jara l-ispettaklu jisparixxi u jerġa' jiġi, qasam lill-assistenta tiegħu u reġa' għamilha normali u għamel siġġu jsir fenek abjad. Il-magician kien liebes suit.


L-ispettaklu għamluh mhux biss biex in-nies jiġu jarawh imma wkoll biex jiġbru l-flus għall-karita'. L-ispettaklu spiċċa b'diskors mill-President ta' Malta jirringrazzja lin-nies talli taw il-flus.


In-nies kellhom talenti sbieħ ħafna. Żgur li kienet memorabbli għal kulħadd.