Il-Ħlejqa
Xahar ilu, f' ġurnata mimlija xemx jien mort mixja sal-kampanja. Kont ili ma nmur u allura ħassejtni eċitat biex ingawdi l-arja friska. F' ħin minnhom kien qabadni l-ġuħ u allura waqaft taħt siġra ħriġt il-ħobż u bdejt niekol. F' ċertu ħin kont qed inħares lejn is-siġar u ma stajtx nemmhen. Ilmaħt "Pegasus" quddiemi! Il- "Pegasus" huwa kreatura li ili naqra fuqu.
Jiena bqajt b' ħalqi miftuħ beraħ u bqajt dritt u wieqaf qisni suldat pero' qalbi bdiet tħabbat mija mija kull sekonda. Fl-istess ħin ridt inkun naf dwarha u allura bqajt nanalizaha.
Il- "Pegasus" kien żiemel ta' lewn abjad silġ b' par ġwienaħ enormi. Bil-kuraġġ kollha tad-dinja ersaqt lejh inkis inkis biex ma nbeżżgħux. Kif ġejt wiċċ imb' wiċċ ma' din il-ħlejqa ersaqt viċin u mellistila rasha u tlabtha biex toħodni dawra ma' Malta kollha.
Huwa aċċetta li jpħodni dawra u wara ftit ħin sibt ruħi fis-sema u allura kont ftit beżgħan. Minn dak l-għoli rajt il-gzejjer Maltin minn lenti differenti, stajt nara l-baħar, id-djar, it-toroq u anke l-għoljiet. Fl-aħħar kif niżżilni lura ħriġt karrotta mill-basket u tajtilu bħala ringrazzjament. U jien tlaqt lura lejn id-dar ferħan sa ntir.