Dakinhar li mort is-suq man-nanniet
Xahar ilu, missieri u ommi kellhom tieġ allura mort norqpd għand in-nanniet tiegħi. Kif qomna kmieni għal ħabta tas-sebgħa ħadna kikkra te' u rħejnielha lejn Marsaxlokk fejn kull nhar ta' Ħadd jarma s-suq.
Allavorja kien il-Ħadd filgħodu xorta waħda ltqajna ma ħafna traffiku. Fortunatament, sibna parkeġġ u rħejnielha bil-pass lejn is-suq. Kif wasalna kien hemm riħa taqsam ta' mqaret u jien u n-nanna malajr ftaħna l-aptit. Rajna folla turisti jduru man-negozjanti li bdew jgħaajtu b' ħanġra daqsiex.
In-nanna kellha f' moħħha li tixtri xi 'souveniers' u żgur ma kinitx ser tmur lura d-dar idha f' idha. Għalhekk domna nduru fis-suq sakemm f' daqqa waħda n-nanna waqfet zoptu quddiem negozju tas-souveniers. Il- bejjiegħ talabha ħamsin ewro imma n-nanna ma riditx taf b' dak il-prezz. Damet tiġġebbed u fl-aħħar irnexxiela tieħdu bi ftit iktar minn nofs il-prezz.
Meta konna mixjin lura smajt lil xi ħadd jgħajjat ismi u jien bqajt b' ħalqi miftuħ meta ndunajt liema persuna kienet. Kien ħabib antik li ili ma nara snin. Jien ħadt ferm gost f' dan is-suq u nixtieq bil-qalb kollha nerġa' nmur.