Il-kamra tiegħi
Il-kamra tiegħi hija kbira u sabiħa. Inħobb nżommha nadifa u kollox ordinat. Il-kamra hija moderna u miżbugħha bajda. Meta tidħol fil-kamra tara ħafna affarjiet imma tispikka t-tieqa kbira. Minn din it-tieqa jidħol ħafna dawl. Għalhekk il-kamra hija imdawla. Inħobb nittawwal fiha għax minnha nista' nara l-bitħa tagħna.
Fil-kamra għandi ħafna affarjiet. Għandi ġugarelli, televiżjoni, trofej, midalji tal-karat u għamara.
Għandi sodda komda ħafna u għandi gwardarobba twila sas-saqaf. Għandi ukoll ħafna kotba fuq l-ixkaffa. Jien għandi ħafna soft toys ta' kull qis u kulur. Dawn huma għall-qalbi ħafna!
Il-kamra tiegħi qiegħda għal qalbi ħafna. Ħaġa waħda biss nixtieq, li jkolli gallarija biex nkun nista' noħroġ għall-arja!