Kitba ta' Ittra
13,Il-Warda,
Triq il-Ħarruba,
Iż-Żejtun,ŻTN 1234
10 ta' Marzu,2023
Għażiża zija Ġuża,
Kif inti? Kif inhuma z-ziju Joe u l-kuġini? Nispera li huma jinsabu tajbin. Il-familja tiegħi u jien ninsabu kollha qawwijin u sħaħ.
Zi, għandi sorpriża kbira għalik,imma mhux ħa ngħidlek x'inhi għalissa ħa nħallik fuq ix-xwiek. Ilbieraħ ġibt kelba ġdida u għamilt ħabib ġdid li jismu bħaz-ziju Joe. Għada ħa mmur ġo ristorant mal-familja.
Zija Ġuża, is-sorpriża hi li se niġu għandek l-Awstralja s-sajf li ġej! Se naslu hemm fit-tlieta ta' Lulju fl-għaxra ta' filgħodu. Se ndumu xahar u nofs hemm. Se nkunu jiena, il-ġenituri tiegħi u n-nanna. Int kuntenta li fl-aħħar se niġu narawk zi?
Hemmhekk se tkun ix-xitwa. Kif tkun ix-xitwa ta' hemm u x'tip ta' ħwejjeġ jaqblilna nġibu magħna? Trid li nġibulek xi ħaġa magħna minn Malta? Iz-ziju, jew il-kuġini, iridu xi ħaġa minn Malta?
Zi, ħa jkolli nieqaf nikteb għax għandi l-lezzjoni tal-Arti. Se jkolli seba' mitt sena sabiex nirċievi ittra mingħandek. Kulħadd sella għalikom u iġri jasal il-mument li niltaqgħu.
In-neputi tiegħek,
Mark.