Il-lapes u l-gomma
Lapes: Bonġu sinjura Gomma!
Gomma: Bonġu sinjur Lapes!
Lapes: Kif int sinjura?
Gomma: Tajba, u int?
Lapes: Tajjeb jien, imma dejjem imsakrin.
Gomma: Iva, vera dejjem imsakrin.
Lapes: Meta nintuża niġi żgħir u qatt ma nibqa' sħiħ.
Gomma: Jien agħar għax meta nintuża niġi sewda faħma.
Lapes: Lili Ġina xi drabi tgerrimli rasi meta tużani.
Gomma: Mela jien aħjar minnek għax ma nintużax ħafna.
Lapes: Aħjar minni mela.
Gomma: Ġina meta ma jkollha xejn x'tagħmel, ittaqqabni bik.
Lapes: Mhux tort tiegħi imma!
Gomma: Ġina ddejjaqni għax il-ħin kollu tużani.
Lapes: L- istess lili , tużani spiss.
Gomma: Iva iskot ftit issa għax ħadtli rasi!
Lapes: U iva , kelma għidtlek!
Gomma: Ġejja Ġina x'biża! Ha terġa'tużani.
Lapes: Vera x'biża! Nerġħu nitkellmu darba oħra.
Gomma: Tajjeb , ħallejtek mela Saħħa!
Lapes: Saħħa! Narak!
Narratur: Hekk ġara . Inqabad il-lapes ħalli; Ġina tkun tista' tikteb fuq l-iskrivanija tagħha.
Wara xi tletin minuta oħra ,Ġina għamlet żball u ħarġet il-gomma .Din inqabdet minn Ġina
u ġiet iktar sewda. Kuljum kienu jerġgħu jitkellmu fuq Ġina u jerġgħu jintużaw.
Aktar ma jintużaw , aktar igergru fuq Ġina.