Meta ħlomt li mort f' park tal-fantażija
Sena ilu sifirna ġewwa Franza u ddeċidejna li morru ' Dizneyland'.
Wara ġurnata mimlija daqs bajda, għax dorna ħafna affarijiet, morna lura ġewwa lukanda. Kif marret għajnejja bija dħalt f'dinja tal-fantasija. Ħlomt li erġajt qiegħed hemm għax tant hu sabiħ li anke fil- verita' qisu ħolma! Waqt li kont qiegħed noħlom rajt ħafna affarijiet fosthom kastell u ferrovija itiru fl-arja. Iltqajt ma 'Mickey mouse' u l-ħbieb kbar tiegħu. Dawn offrewli biex immur magħhom fil-kastell il-kbir.
Mort magħhom ġewwa u sibna ħafna ġugarelli u pupi li jien qatt ma kont rajt. Wara ftit tal-ħin, bil-mod il-mod jien kont qiegħed insir bħalhom u qomt maħsud!
kif stenbaħt mort niġri ħdejn ommi ħalli tara jekk għadnix tifel ta' vera! Imnalla kienet ħolma għax li mmur 'Disneyland' idea sabiħa imma li nkun karattru 'l bogħod mill-familja ma togħġobnix!