Il-magna taż-żmien
Xahrejn ilu,jien u l-ħbieb tiegħi Keane u Alessandra konna qed nippassiġġaw fil-kampanja.Ħabta w sabta rajna d-duħħan ħiereġ minn xi tip ta' magna.Jien u ħbiebi morna naraw x'kien ġara.Kienet magna u fuqha kellha buttuna ħamra nar.Keane għafasha.
F'radda ta' salib,sibna ruħna ġo deżert.Tghidx kemm kien hemm sħana.Ħlief ramel ma rajniex.Ftit minuti wara rajna dinożawru enormi ġej jiġri għal fuqna.Tgħidx kemm bdejna niġru,ġibna saqajna wara daharna.Imnalla ma kienx salvaġġ għax kieku konna nispiċċaw ġo żaqqu.Ġibna għajnejna wara widnejna meta rajnieh jiftaħ ħalqu smajnieh jitkellem.Qalilna''nistgħu inkunu ħbieb?''Alessandra u Keane qalulu ''iva''allura kelli ngħid iva jiena wkoll,ma mmurx kont nispiċċa ġo żaqqu.
Meta drajtu ma bqajtx nibża minnu,anzi,sirna ħbieb kbar.Wara erba' siegħat,jien,Keane u Alessandra bdiet tgorr żaqna ,konna se mmutu bil-ġuħ.Staqsejna d-dinożawru,qalilna''Hawnhekk dinożawri oħra biss tistgħu tieklu.'' Aħna ma konniex se nieklu dinożawri oħrajn,allura kellna mmorru luta d-dar.Id-dinożawru tgħidx kemm kien imdejjaq imma fl-aħħar aċċetta.Wegħednieh li konna se nerġgħu nżuruh.