Ġurnata fil-kampanja

Jien kont mal-familja tiegħi. B'kollox kien hemm żewġt itfal u sebat ikbar. Morna l-Buskett u magħna ħadna l-kelba li jisimha Lovely.


Fil-Buskett rajna siġar, ilma, ħamrija u għasafar. Kienet ix-xemx għax kien id-9:30 ta' filgħodu. Biex niekol ħadt tlett biċċiet ħobż u naqra spaghetti. Biex nilgħabu ħadna l-ballun, pala u karretta. Imbagħad jien għamilt siegħa nħaffer fil-ħamrija, għajjejt u wara xrobt flixkun ilma miż-żgħar.


Wara li lgħabna noli u xi logħob ieħor, jien u l-kuġin waqafna niekol naqra ħobż u xrobna flixkun u nofs coca. Tant kemm kiel u xorob il-kuġin li żaqqu kienet mimlija u ma felaħx iqum minn fuq is-siġġu. Mument minnhom waqa' mal-art b' wiċċu fil-ħamrija. B' xorti tajba ma tantx weġġa' imma tgħidx kemm beka bil-qata' li ħa.


Darb'oħra żgur noqgħodu iktar attenti x'nieklu imma l-aqwa li għadda kollox b'wiċċ il-ġid. Żgur li nerġu mmorru għax vera ħadna gost għall-arja friska tal-kampanja.