Il-festa ta'
Santa Marija
Waslet il-festa tagħna tal-Mosta. Hawnhekk niċċelebraw il-festa ta' Santa Marija. Jiena u l-familja tiegħi bħal kull sena nitilgħu l-pjazza. Jiena ħeġġiġt lil-ħabiba tiegħi Katrina biex tiġi l-festa.
Il-ħabiba tiegħi ġiet b'tal-linja u riedet tieqaf fi Triq il-Parroċċa biex tiġi ħdejn il-knisja. Imma minħabba li t-triq magħluqa tal-linja ma setgħetx tieqaf fi Triq il-Parroċċa, allura waqfitha l-Oratorju,b'hekk tajtha d- direzzjonijiet biex tiġi l-knisja.
Ibqa' sejra għal Triq Ponsonby, imbagħad dur fuq ix-xellug u erġa' dur fuq il-lemin għal Triq il-Kungress Ewkaristiku. F'din it-triq tara il-futbol 'club'. Imbagħad mur fi Triq il-Kbira u wara dur ir-'round about'.