💜Ittra elettronika lil Magda💜
Lil : magdamaria@internet.com
Mingħand : emily.catania@posta.com.mt
Data: 15.07.2018
Suġġett: Tislijiet minn Malta
Għażiża Magda,
Jiena ninsab tajba. Ħadt pjaċir naqra li qegħdin tieħdu gost Għawdex. Qed inqatta' s-sajf id-dar, pero jiena, ħija u l-mama' qegħdin immorru ta' spiss il-baħar peress li d-dar ikollna sħana toqtol. L-iktar li qed inkun mal-mama' għax il-papa' jkun xogħol. Kull nhar t'Erbgħa mmur il-monti maz-zija Elysia u sakemm tixtri l-għaraq jibda ixoqq għalija daqs kemm tkun sħana! Jiena u ħija tgħidx kemm qegħdin nieklu ġelati u nilagħbu bl-ilma fuq il-bejt!
L-iktar ħaġa li qed iddejjaqni hija li ħdejn il-baħar, ir-ramel ikun jixwi u qabel ma norqod veru niddejjaq nisma' l-ħoss iżarżar tal-werżieq. L-iktar ħaġa li nieħu pjaċir biha hija li kull filgħodu tgħidx kemm nieħu gost nitnikker fis-sodda u meta immorru l-baħar nħossu tassew frisk! L-isbaħ ktieb li qrajt s'issa huwa Is-Sirenetta' għax jien inħobbhom wisq is- sireni!