Ilbieraħ, waqt li jien u ommi konna fuq tal-linja nitkellmu, jien smajt xi ħaġa. Ma kontx naf xinhi għax min ikun qed jikbi fl-għaxra ta filgħodu!


Wara ftit minuti l-biki (jew li ħsibt li kien biki) waqaf. Imma meta ħarist lura rajt omm mat-tifel tagħha. L-omm bdiet tikbi u tifel beda jidħaq. Wara ftit minuti bdejt inxomm riħa tinten.


L-omm qabdet lit-tifel u niżlet minn fuq tal-linja. Imma minn fejn ħarġet, daħal raġel b'bastun abjad u kelb. Jien indunajt li r-raġel kien nieqes mid-dawl. Hu ma kiendx jaf fejn se joqgħod u l-kelb ma kienx jaf fejn qiegħed.

Fl-aħħar ir-raġel ħass sedil miftuħ b'idejh. Ir-raġel poġġa fuq sis-sedil u r-raġel induna li fuq is-sedil li poġġa kien hemm xi ħaġa. Meta qam, fil-mument make kien se jerġa jpoġġi jien indunajt li fuq dak is-sedil kien hemm xi ħaġa kannella. u fuq dak is-sedil kien qed ipoġġi t-tifel. U jien indunajt xi ħaġa. Dik il-ħaġa kannella kienet (ma naħsibx li tridu tkunu tafu) kien ħmieġ.


Wara li nżilna kien għidt 'l ommi li kjont naf u aħna t-tnejn infqajna bid-daħq. U mhux aħna biss anke missieri beda jiħaq u jibki bid-daħq.

Vjaġġ fuq tal-linja