Serqa fit-triq tiegħi
Il-Ġimgħa 16 ta' April għal ħabta ta' nofs illejl saret serqa fit-triq tiegħi.
Żewġt irġiel li kienu lebsin ilbies iswed pruvaw jisirqu lill-ġara tiegħi.
Carmen li kienet tgħix f'dik id-dar semgħet ħoss li mhux tas-soltu.
Qamet mal-ewwel mis-sodda u marret tittawal mill-gallerija biex tara x'qed jiġri.
Carmen rat iż-żewġt irġiel rathom deħlin mit-tieqa. Hija marret issib il-mowbajl,
ċemplet il-pulizija u marret tistaħba.
Meta daħlu fid-dar il-ħallelin bdew ifittxu u sabu kaxxa tad-deheb. Huma ħasbu
li kien hemm ħafna flus ġo fiha. Pero' meta fetħu l-kaxxa minflok flus sabu ċikkulata.
Qabdu l-kaxxa u telqu jiġru 'l barra. Kif ħarġu sabu l-pulizija ma' wiċċhom.
Il-pulizija ħadulhom il-kaxxa u arrestawhom. Carmen tgħidx kemm ferħet x'ħin rat
il-kaxxa taċ-ċikkulata. L-għada Carmen ċemplet l-pulizija biex tgħidilhom grazzi.