Il-kelba tal-poodle
Il-kelba tal-poodle hija kelba tal-familja,
intelliġenti, ferriħija u tħobb tilgħab ħafna mat-tfal.
Il-kelba tal-poodle (tal-ġugarell) normalment
jikbru bejn wieħed u ieħor minn erba' sa sitt libbri
u jitwal sa għaxar piedi. Din ir-razza ssib ħafna kuluri bħal, dehbi, abjad, iswed u kannella u ġeneralment il-pil tagħhom huwa nokkli.
Dawn il-klieb jgħixu madwar għaxra u tmintax -il sena. Huma jieklu l-ikel tal-klieb għalkemm issib
minnhom li jieklu ikel minn tagħna, pero dejjem trid izzommilhom dieta bbilancjata halli ma' jzidux fil-piz.
Il-poodle għalkemm huma razza żgħira dejjem tisma leħinhom għax meta jaraw kelb kbir jibdew jinbħu. Il-poodle bħal kull razza oħra trid tieħu ħsieb li torbtu biċ-ċinga meta toħorġu, għax inkella jaħrab u ttajru xi karozza jew jista jintilef.
Importanti li toħorgu jimxi kuljum ħalli żżommu attiv. Il-klieb għandhom bżonn attenzjoni u kura bħalna, f'kas ta' mard toħodhom għand veterinarju u trid toħodhom jaqtaw il-pil, id-dwiefer u dak kollu meħtieġ.
Huwa kelb zgħir, ferrieħi li tieħu pjaċir tilgħab miegħu.