X'nixtieq insir la nikber.
La nikber nixtieq insir ħaddiem fil-fattorija tal-Play Mobile ta' Ħal Far u part time insuq il-karrozzi tat-tlielaq. Irrid insir ħaddiem fil-fattorija tal- Play Mobile għax inħobb ngħaqqad il-pupi tal-Play Mobile u għax taqla ammont ta' flus tajba. Irrid insuq il-karrozzi ta' tlielaq għax inħobbhom u jekk nirbaħ jkolli ħafna flus. Kieku stajt jien kont insuq Ford mustang bħala karrozza għat-tlielaq.