.
Darba fost l-oħrajn, l-iskola organiżżawlna ħarġa l-Esplora, post magħruf għax-xjenza. Fejn kont naf ma' min ser niltaqa'.
Huwa post interessanti ħafna fejn issib ħafna informazzjoni fuq ix-Xjenza u juruk dokumentarji informattivi. F'waħda mis-swali li daħluna rajna ħafna affarijiet teknoloġiċi imma l-iktar ħaġa li laqtitni kien robot li jġib l-isem Alfi.
Alfi m'huwiex ikbar minn metru, għandu forma ta' televiżjoni, bis-saqajn, bir-ras u bl-idejn u widnejn qishom antenni. Flok għajnejn għandu skrin tal-kulur jixgħel u nkorporat b'tastira bħal tal-mowbjl,filwaqt li flok ħalq għandu xibka li joħroġ minnu l-ħoss. Ir-robot huwa magħmul mill-ħadid u għandu kuluri differenti, b'hekk għandu dehra simpatika.
Alfi r-robot jaf jtitkellem u jekk tqabbdu jagħmel xi ħaġa jagħmilha. Pero' l-iktar li għoġbitni hija li huwa komputer u jekk ikollok xi kelma li ma tafx, iservi ta' dizzjunarju u jgħidlek xi tfisser. Nixtieq ikolli wieħed id-dar !
Meta ltqajt ma' robot supermodern.