Lapes u l- Gomma
Lapes: Bonġu sinjura gomma!
Gomma: Bonġu sur lapes! Xi trid?
Lapes: M'għandi bżonn xejn jiena, imma għandi mistoqsija.
Gomma: Mela staqsini issa.
Lapes: Il-mistoqsija hi: Int tħobbha lil Ġina?
Gomma: Dażgur li le!
Lapes: Għalfejn? Għax jien l-oppost tiegħek.
Gomma: Ġina taf kemm il-darba qabdet lapes u ddaħħlu ġo fija.
Lapes: Lili taf kemm tagħti kasi. Illi għaxar snin ma Ġina u arani nadifa tazza u lanqas girfa m'għandi.
Gomma: Jien kullimkien ħmieġ għandi u mhux għax ma taħsinix imma kull darba twaddabni mal-ħajt, fl-art u darba spiċċajt fl-iskart!
Lapes: Imma ħa ngħidlek, int vera tagħmel għaġeb!
Gomma: X'għidtli lili! Nagħmel għaġeb. Ara tgerger ġieli meta kellek girfa daqs tikka.
Lapes: Uu agħlaq ħalqek gomma.Taf hemm weġġajt!
Gomma: Ara kemm għandi girfiet fuqi, u lanqas qed nibki.
Lapes: Kemm tgerger inti. Ahjar ma kontx f'dan il- kexxun għax kieku noqgħod kwiet u nistrieħ.
Gomma: Iva, mela arani tlaqt!
Lapes: Jien u inti ma nibqgħux ħbieb iktar.
Gomma: Aħjar!
Lapes: Gomma, skużani!
Gomma: Ieqaf, ma rridx nisimgħek!
Lapes: Skużani gomma!
Gomma: Mela anki lilli skużani talli għollejt leħni.
Lapes: Nerġgħu nagħmlu ħbieb?
Gomma: Iva, mela!
Lapes: Aħjar ngħidlek saħħa għax qed nisma' lil Ġina!
Gomma: Saħħa!