Email lil xi ħadd li naf

Għażiża zija,


Nispera li tinsab tajba. Kif int sejra bit-tarbija u l-karozza l-ġdida fjamanta? U kont għitli li xtrajt dar ukoll. Insomma nispera li kollox sew.


Malta għandha forma ta' ħuta żgħira u għandna ħafna nies maghrufin bħal kavallieri u Jean De Vallette. Għandna ukoll xorb li hu ġo Malta biss bħal Kinnie.


Għandna ħafna bini kbir immens, lingwa sabiħa ħafna li hi l-Malti. Għax ninsa ngħidlek ukoll f'Malta hawn l-Innu Malti li hu ukoll sabiħ ħafna.


Għandna ukoll il-Belt Valletta. Kieku taraha tibqa' tħares lejha tant kemm hi sabiħa. Il-luzzu jintuża f'Malta ukoll li la huma kbar u lanqas żgħar. Quddiem ikollhom il-ponta l'fuq. Jekk ikollok ċans għidli xi ħaġa dwar pajjiżek għax naħseb sabiħ ukoll. Għax insejt ngħidlek ġo Malta hawn ukoll ħafna skejjel kbar u kkuluriti u uloll ħafna kotba tal-Malti. U ħafna minnhom ikunu aktar minn mitt paġna.


Nispera li ħadt ħafna informazjoni ħalli tkun taf dwar Malta u nispera li ħadt ħafna gost taqra.


Tislijiet,

Lionel