Il-Ġgant


Għodwa waħda, f'ġurnata xemxija jien iddeċidejt li mmur mixja sal-bandli. Meta eventwalment, wasalt bqajt b'ħalqi miftuħ. Rajt ġgant enormi quddiem għajnejja. Kien it-triplu itwal minn siġra u kien l-eħxen persuna li qatt rajt. Jien kont smajt li dan il-ġgant kien jgħix ġo għalqa abbandunata. Hu baqa skantat u kien qed jiflini.


Hu kien vera supperv u saqsejtu jekk jobgħodni. Il-ġgant qal li kien jobgħod it-tfal kollha. Ovvjament bil-kurżita' tiegħi saqsejtu għaliex. Qalli bir-rabja kollha tiegħu li t-tfal kien joqogħdu jidħqu bih.


Jien għamilt swied ta' qalb u l-ġgant beda jibki kemm jiflaħ u telaq jiġri. Il-ġurnata wara mort għand l-għalqa tal-ġgant. Dak il-ħin il-ġgant kien qed jixrob kikkra te'. Il-ġgant baqa jħares lejja qisni kont xi dragun lest biex nieklu.


Jien bdejt inkellmu bil-kalma pero' baqa jgħidli biex qatt ma' nerġa' nersaq ħdejh. Hu kien qabiżilli imma xorta bqajt inkellmu. U wara ftit il-ġgant beda jkun ferħan.


Fl-aħħar sirna ħbieb tad-deheb u sirna niltaqgħu kuljum filgħaxija biex nitkellmu dwar l-avventuri tagħna u dejjem ndumu sa nofsillejl! Din il-ġrajja ma se ninsjha qatt.