Il-mużew tal-istorja naturali
Is-Sibt li għadda, Mikiel mar il-mużew tal-istorja naturali biex josserva l-friefet. Huwa mar mal-ġenituri tiegħu li jisimhom Sandra u Leli. Il-friefet lil Mikiel kienu jaffaxxinawh wisq.
Waqt li kien miexi mal-ġenituri tiegħu, daħlu ġo sezzjoni tal-insetti u kien hemm kaxxa bil-friefet ikkuluriti u rari. Mikiel beda jara ħafna friefet imma kien hemm wieħed imdaqqas u ċilest li vera laqtu.Daqskemm impressjonatu d-dehra ta' dan il-farfett, ġab għajnejh wara widnejh. Sadanittant, il-ġenituri ta' Mikiel marru f'sezzjoni oħra.
Waqt li Mikiel kien waħdu, Mikiel miss il-farfett l-ikħal u f'radda ta' salib, il-farfett ħa l-ħajja.
Mikiel sab ruħu f'post meraviljuż. Dak il-farfett li tant ifissa fuqu ħadu f'ambjent mill-isbaħ. F'post kbir ħafna qisu ġnien, siġar kbar bi fjuri ħomor, tapit fjuri kkuluriti waħda isbaħ mill-oħra, il-ġmiel tan-natura kien kollu quddiem għajnejn Mikiel.
Setgħa jara fjuri u pjanti mill-isbaħ sa kemm ituh għajnejh. Hu u miexi ra għasafar ipespsu, friefet itiru ta kull daqs u kulur. Iktar ma' mexa 'lquddiem lemaħ il-farfett tal-mużew li beda jurih it-triq minn fejn jgħaddi. Jiġri wara l-farfett, Mikiel ra xmara il-ġmiel tagħha ma tiddeskrivihiex. Setgħa jara fjuri u pjanti mill-isbaħ sa kemm ituh għajnejh.