Dakinhar li mort is-suq man-nanniet


Is-Sibt li għadda kont mort is-suq ta' Ħal-Qormi man-nanniet. Konna tlaqna fis-sebgħa ta' filgħodu u wasalna fit-tmienja. Konna morna b'tal-linja. It-temp kien sabiħ ħafna u kien hemm ħafna sħana. par1


Kien hemm ħafna nies u kien hemm wieħed agħmel il-maġija, kien hemm ħafna bejjiegħa armati bl-affarijiet kollha jridu jbiegħu. Kien hemm riħa qawwija tal-imqaret. Kien hemm ħafna storbju peress li kien hemm folla nies jitkellmu. par2


In-nanna riedet tmur għand tal-ħwejjeġ biex tixtri dan il-flokk li kienet rat imma n-nannu xtaq jmur jixtri gambli ta' parsi għas-sajd allura iddeċidew li jinfirdu u kulħadd imur jixtri xi xtaq. Jiena kont mort man-nannu ħalli nixtri xi qasba ġdida għax l-antika kienet ħa tinqasamli. par3


Kulħadd xtara dak li ried u konna kuntenti ħafna bix-xirja li għamilna. Kont ħadt ħafna u ħafna pjaċir, mhux għax kulħadd xtara xi xtaq biss imma wkoll għax qattajt ftit ħin man-nanniet li rari nara peress li qegħdin joqogħdu 'l bogħod minna. Nixtieq nerġa' mmur ħalli nixtri xi ħaġa oħra tas-sajd u nerġa' narahom ukoll. par4