Triq ir-Repubblika



Kemm jien kburija li għandi ismi ir-Repubblika. Jien ħdejja għandi Triq il-Merkanti li qiegħda fuq il-lemin u imbagħad hemm Triq l-Ifran li din qiegħda fuq ix-xellug.



Kemm iddejaqni, dejjem tinkini, allura jien ngħdilha u mur 'l hemm qas qatt ma rajt eluf ta' nies jgħaddu minn fuqek. Jien filgħodu ma narax ħafna nies imma wara nofsinhar il-kontra, nara ġenn ta' nies biex dan kollu jmorru jixtru l-ħelu. Billejl huwa l-favorit tiegħi għax tkun fin-normal imma, ħa ngħid, kulħadd li nara ikun kontra l-ħin.



Kemm inkun ħerqana biex jiġi l-karnival, għax tant imżejna li nibda niddandan u nitfarfar bl-isbuħija tiegħi. Ġieli ninnota li t-toroq ta' ħdejja jibdew jgħiru u jagħmlu n-nervi għax ħadt ma jinnuthom.



Jien inħobb il-karnival għax inkun imżejna b'ħafna kuluri, tlellix u anke dawl. Imma l-iktar meta jiġu jiżfnu fuqi u meta l-karrijiet, jien nkun maħnuq bin-nies.




Kemm nibda ingerger meta tgħaddi din, għax wisq nieħu gost b'ħafna nies. Ħa ngħid il-verita' jien inħobbu ismi imma kieku inbiddlu fl-isem Triq il-Kburija.