It-trieq fejn noqgħod



Dar wara dar, wara dar u wara dar kullimkien tara xi differenti. Kull fejn tħares tara l-ġebla Maltija, imma d-dar ta quddiemna l-iktar waħda antika u sabiħa ħafna ukoll.



Hawn ħafna djar imma mhux daqs il-ġirien pereżempju hemm lil Sabrina u Toni, Toni u Glorja, Moyra u Ryan, Jad u nora u Leona imma ħafna iktar. Leona hija l-aktar persuna li naqbel magħha għax veru ħelwa, iddaħak u fiha tip. Leona għandha ħuha li jismu kyle u dejjem meta mmur għandha Ikun iridni nilgħab miegħu.



Meta jkollna xi festa? Dejjem tkun imżejna għax jieħdu ħsieb ta' quddiemna. Meta jkollna festa kulħadd jibda jagħjat u jidħak, jkun hemm ħafna ferħ u nista' ngħid li kulħadd ikun maqgħud flimkien.



Leona u omma dejjem kienu hemm meta kellna bżonn pereżempju darba spiċċajna kmieni mill-iskola u kien ser ikolli noqgħod d-dar waħdi u allura offrewli li sakemm tiġi ommi jien stajt noqgħod għandhom, kemm nirringrazzjomta' dik il-ġurnata.



Għalija l-isbaħ dar li nista' nara hija tangħa imma nista' ngħid il-verita' ta' kulħadd sabiħa. kemm inħobbha t-trieq tiegħi.