Dakinhar li mort is-suq man-nanniet


Il-Ġimgħa l-oħra jiena n-nannu u n-nanna tiegħi morna s-suq. Wasalna għall-ħabta tal-għaxra u nofs. Kien hemm ftit mhux ħażin nies, kull ma bdejt nisma' kien nies jitkellmu u bdejt inxomm dik

ir-riħa tfuħ ta' pastizzi. Jiena vera xtaqt nixtri l-kotba.


In-nanna riedet tieqaf għand tal-vażuni n-nannu ried imur għand tal-pasturi u jiena ridt immur għand tal-kotba. Qbadna nimxu u sibna tal-kotba. Jiena mal-ewwel mort hemm u għażilt ktieb u xtrajtu.

Il-ktieb kien jismu 'L-Għoġol Tad-Deheb'. Bqajna mixjin u sibna

tal-vażuni, in-nanna xtrat vażun żgħir iżejjen bih.


Jiena u n-nannu delettanti tal-pasturi tal-Milied u xħin rajna

l-pasturi ġrejna ħdejhom u qbadna narawhom. Kulħadd xtara xi ħaġa u jiena ħadt pjaċir, nixtieq narġa niġi. Kelna idejna mimlijin

bl-affarijijiet. In-nannu tiegħi nesa fejn kienet il-karozza u qbadna nfittxu. Ma stajniex insibuha allura ċempilna 'l ommi u 'l missieri biex jiġu jgħinuna nfittxu. Ħassejtni ħafna stramba immur is-suq għax qatt ma kont mort, dejjem mort ġo ħwienet.