Meta ħlomt li mort f'park tal-fantasija.

Il-ġimgħa l-oħra ħlomt ħolma sabiħa li mort ġo park tal-fantasija. Naħseb li ħlomtha għax daħħaltha ġo rasi li se mmorru ġo Disney Land!

Ġol-ħolma kont qiegħda nara kollox kull kulur u kull tip ta' ħelu li nħobb niekol! F'din il-ħolma tal-fantasija iltqajt u tkellimt ma' tlett karrattri li jħobb ħija. Dawn il-karrattri jisimhom Mikey il-ġurdien, Pinokkjo it-tifel tal-injam u Donald il-papru. Tkellimt ukoll ma' ħafna prinċipessi ħelwin u staqsewni "Trid tkun prinċipessa bħalna?" Jien mill-ewwel għidtillhom iva għax inħobbhom wisq il-prinċipessi u minn dejjem kont nixtieq li nkun prinċipessa! Dlonk libsuni libsa safra bl-aħmar u twila sal-art. Fuq rasi kelli kuruna ħadra u ż-żarbun li libsuli kien tassew speċjali u jleqq! Il-ħolma spiċċat billi jien sirt prinċipessa sabiħa u qadt niżfen mal-ħbieb il-ġodda tiegħi.

Malli qomt mort ħdejn il-mama' u waqt li kont qed niekol il-kolazzjon, għidtilha dwar din il-ħolma sabiħa. Jien naħseb li hemm ċans li mmorru Disney Land xi darba!