Dakinhar li mort is-suq man-nanniet

Is-Sibt tal-ġimgħa l-oħra jiena mort is-suq man-nanna u man-nannu. In-nanna riedet li mmorru is-suq bil-mixi għax ma kienx ħafna bogħod mid-dar tagħhom. Konna tlaqna fl-għaxra u nofs u wasalna fil-ħdax ta'filgħodu.


Malli wasalna kien hemm ħafna nies u li tisma' nies jitkellmu u jidħku. Xammejt riħa ta'frawli u vera għoġbitni! Imma meta xammejt tal-ħut ir-riħa kienet aktar differenti min tal-frawli! Kemm kien qed jinten il-ħut! Rajt pupa bil-libsa blu u staqsejt lin-nanna tistax tixtrijili, qaltli qabel ma nitilqu tara il-prezz u forsi tixtrijili.


In-nanna kella bżonn frott u lampuka allura l-ewwel marret għand tal-ħaxixu wara għand tal-ħut. In-nannu mar għand tal-ħwejjeġ għax għoġbu flokk. Jien mort għand tal-ġugarelli In-nanna wara marret tara il-prezz tal-pupa u xtratili!


Kulħadd kien xtara xi ħaġa u għalhekk kulħadd kien ferħan! Jien uwkoll kont iltqajt mal-ħabib tiegħi Matteo. Kemm nixtieq nerġa mmur biex nixtri pupa oħra biex ngħaqqad il-kolezzjoni tal-pupi!