Ikoll Flimkien

Spettaklu Tat-Talenti

Lyla Dimech



Nhar is-Sibt 31 ta' Ottubru, Ftaħna s-sala tal-iskola tagħna għal serata ta' talenti mtella' mit-tfal tas-sitt sena. Ħadu sehem għoxrin tifel u tifla u l-ġurija kienet tikkom isisti minn ħames għalliema tat-teatru. L-attivita' bdiet għas- sebgħa ta' filgħaxija u baqgħet sejra sa' l-għaxra ta' bil-lejl. Is-sala kienet mimlija daqs bajda bin-nies li ġew, anke l-kappillan tar-raħal għoġbu jilqa' l-istedina! It-tfal kienu ilhom jippreparaw għal din is-serata u kienu vera eċitati. Ħarġet fuq il-palk l-ewwel parteċipanta tifla mistħija ferm, imma x' ħin bdiet tkanta,kulħadd baqa' b' ħalqu miftuħ u mistagħġeb bil-vuċi għolija u sabiħa tagħha. It-tieni partiċipant, kien tifel irqajjaq u twil u n-nies tweruru x' ħin rawh miexi qisu mhux hu fuq żewġ atikek tal-injam twal twal! Is-serata kompliet b' talenti wara ieħor, tara wieħed u tinsa l-ieħor: Kant,Żfin,arkrobażji,għana spirtu pront u daqq ta' strumenti fost l-oħrajn. Il-ġurija tgħidx kemm damu jiddibattu bejniethom fuq ir-rebbieħa. Fl-aħħar, tħabbar ir-riżultat. Fl-ewwel post ġie Elton John bil-kanzunetta tiegħu " I'm Still Standing " u rebaħ mitejn ewro biex jintefqu fil-ħwienet tal-kotba. Fit-tieni post ġiet Julia Roberts bil-kapaċita tagħha għal turija ta' maġija mill-aqwa u rebħet mitt ewro biex jintefqu wkoll fil-ħwienet tal-kotba, u fit-tielet post, ġiet Cindy Lauper bid-daqq tal-pjanu li saħħar lil kulħadd u din ingħatat ħamsin ewro wkoll biex jintefqu f' kotba. Is-serata ngħalqet b' diskors mis-surmast tal-iskola s-Sur Edmond Pace fejn ħabbrilna li l-flus tal-bilijetti li nxtraw kien ammonta għas somma sabiħa ta' tmin mitt-ewro li kienu se' jingħataw lill-Puttinu Cares. Tassew kienet serata li ħa nibqgħu niftakru u nisperaw li jkollna attivitajiet simili dalwaqt!