Jien triq ir-Repubblika.




Jisimni Triq ir-Repubblika. Kuntenta ħafna b'ismi. Qabel jiena kien jisimni Strada Reale. Li ma tantx kien jgħoġobni allura bidluh għal-Triq ir-Repubblika. Ninsab fil-Belt kapitali ta' Malta l-Belt Valletta. Jiena twila kilometru. Jiena ukoll triq importanti ħafna għax ħafna nies u anki turisti jiġu jżuruni. Kull okkażżjoni li jkun hemm inkun imżejna.



Ma nafx kemm hemm nies b'kollox daqs kemm hemm. Filgħodu kulħadd ikun kontra l-ħin jew biex jmorru x-xogħol jew biex jieklu xi ħaġa. In-nies bilfors jridu jgħaddu minni għax inkella ma jkunux jistgħu jidħlu fil-Belt. Kuljum niddandan u niftaħar mat-toroq l-oħrajn. L-ikar bini li jogħġobni hu t-Teatru Rjal. Jogħġobni għax għandu storja kbira immens. Jiena minn kollox rajt gwerer,Kavallieri u ħafna oħrajn. Nibda minn Bieb il-Belt sal-Forti St'Iermu. Minni ftit jgħaddu karozzi għax l-iktar li jgħaddu huma nies jimxu. Kif tidħol minni issib il-Parlament.



Meta jidlam inkun aktar kwieta u aktar trankwilla. L-oppost ta' filgħodu! Imma billejl inkun qiegħda nidher isbaħ bid-dwal jixegħlu. Filgħaxija l-iktar li nieħu gost u meta jiġu jnaddfuni. Daqs kemm ikolli ħmieġ miegħi.



L-isbaħ ġurnata tas-sena hi l-Milied meta jkun hemm ħafna nies jkun hemm ħafna festi u lili jħobbu jżejnuni bi tlellix. Iġri jasal il-Milied. Kieku jkelli nibdel ismi niġi Triq ir-Reġina daqs kemm jien speċjali.