Gerfex

James: Ara Roderick! X'minnek? Kemm tidher inkwetat!


Roderick: Qed ninkwieta għax ħarab Gerfex.


James: Da x'fettillu ħarab?


Roderick: Ma nafx għalfejn ħarab imma issa ma jkollux ikel u ilma.


James: U le, toqgħodx taħseb fil-ħażin. Issa tara kif jerġa lura dalwaqt. Jekk nista' ngħinek f'xi ħaġa, ċempilli.


Roderick: Grazzi, jekk tarah ċempilli.