Meta qabdet id-dar tagħna.

Illum se ngħidilkom l-iktar ġurnata kerha li kelli f'ħajti, meta qabdet id-dar tagħna!

Din l-istorja ġrat sentejn ilu, kienet il-ġurnata tas-Sibt, jiena kont qed nara film m'ommi jismu "Lion king", nannuhi u missieri kienu qed jippruvaw jsewwu l-kompjuter tiegħi li ma kienx qed jaħdem sew.

Xħin il-film wasal fl-iktar biċċa favorita tiegħi, jien rajt li n-nannu tiegħi waqaf biex jieħu xi ħaġa x'jixrob għalih u għal missieri mill-kċina u ħa żewġ tazzi meraq tal-larinġ. Mar ikompli jgħin lill-missieri u hawn kien il-mument x'ħin ġara l-aċċident. In-nannu tfixkel u kien se jaqa' u għalhekk ftit mil-meraq tal-larinġ mit-tazza tar u mar fuq il-wajers tal-kompjuter.

Malli ġara hekk il-wajers mil-ewwel bdew jagħmlu ħoss stramb ta' tfexfix , sparkjaw u hadu n -nar. Mhux biss il-wajers hadu n-nar imma l-affarijiet l-oħra kollha madwarhom ukoll! Aħna kollha bdejna nippanikjaw meta rajna dak in-nar. Ghadni niftakar sew sal-lum , missieri mar jiġri jaqbad iċ-ċilindru tat-tifi tan-nar imma n-nar kien kbir wisq biex titfiħ b'dak iċ-ċilindru biss! Għalhekk ommi ġriet iċċempel għat-trakk tat-tifi tan-nar. Ma damux wisq biex ġew f'inqas minn għoxrin minuta kienu ħdejn id-dar tagħna u mill-ewwel bdew jagħmlu xogħlhom u tfew in-nar kollu.

Kulħadd ta sehmu biex naddafna kullimkien u kellna immorru nixtru anka affarijiet ġodda.

Tgħallimna li ghandna nkunu attenti ħafna għax b'aċċident żgħir issir ħsara kbira u meta jinqala ħsara tal-elettriku fid-dar nċemplu mill-ewwel lill- elektrixin.