Kitba ta' Ittra

32, Fjura Tax- Xemx

Triq Il- Ġelat

Ħal- Għaxaq

ĦGQ 321

25 ta' Ottubru 2020


Għażież kuġin,

Ridt ninfurmak li fil-vaganzi tal-Milied, aħna ġejjin l-Italja għal ħmistax il-ġurnata. L-ewwel ħa naqbdu l-ajruplan minn Malta għal Milan u wara ser naqbdu l-ferrovija lejn Verbania. Kuntent ħafna li ġej narak.


Għaldaqstant nixtieq nsaqsik x'nistgħu naraw meta nkunu ħdejk? Jien jogħgbuni x-xmajjar kbar? Hemm xi waħda ħdejk? Hemm xi park sabiħ kollu siġar? Jien inħobbha n-natura għax Malta ma tantx għandna. Nixtieq nżur il-qraba tiegħi għax ili ma narahom. Fejn taħseb nistgħu mmorru kollha flimkien?


Kif ikun it- temp fi żmien il-Milied? X'tip ta' ħwejjeġ l-aħjar inġib miegħi? M'hemmx li jasal iż-żmien tal-Milied. Nistenna l-pariri tiegħek. Grazzi bil-quddiem.


Dejjem tiegħek,


Alessio