Djalogu


Darba waħda, waqt li kont qiegħda naqra ktieb, ġratli xi ħaġa stramba. Dan hu dak li ġara:






Wonder Woman: Bonġu Chanelle!

Chanelle: Int min int? Minn fejn qed tkellimni? Kif taf x'jisimni?

Wonder Woman: Jiena supereroj u jisimni Wonder Woman. Qiegħda nkellmek minn dan il-ktieb.

Chanelle: Qatt ma rajt ktieb jitkelllem. Tista tgħidli iktar fuqek?

Wonder Woman: Jiena mara ta' tletin sena u xogħli hu li ngħin lin-nies li jkunu fil-bżonn. Dan nista' nagħmlu għax għandi l-poteri sopranaturali.

Chanelle: X'poteri għandek?

Wonder Woman: Jiena għandi ħafna saħħa u nista' ntir għal distanzi twal. Ukoll nista' nara u nism'a mill-bogħod ħafna.

Chanelle: Dawn il-poteri minn dejjem kienu għandek?

Wonder Woman: Le. Jien qlajt il-poteri meta kelli ħames snin.

Chanelle: Tista' tgħidli kif qlajthom dawn il-poteri?

Wonder Woman: Darba mort dawra fuq iż-żiemel mal-familja, sibna kaxxa u ftaħniha. Ommi u missieri tawni dak li kien hemm ġo fija u b'hekk ġejt bil-poteri.

Chanelle: Kif tgħin lin-nies bil-poteri tiegħek?

Wonder Woman: Jien ngħin lin-nies twajba meta jkunu fid-diffikulta', speċjalment meta jiġu ibbuljati.

Chanelle: Grazzi ta' din il-konversazzjoni interessanti pero' issa sarli l-ħin.

Wonder Woman: Ċaw. Nerġa' narak meta terġa' tiftaħ dan il-ktieb.